Dawlu d-Dinja
Din is-sena għal #DawluDDinja, l-attenzjoni hija fuq it-tjubija, bħalma għamel Ġesù. Matul Diċembru kollu, fittxu modi kif tnisslu l-hena f’xi ħadd kull ġurnata. Billi nimxu wara Ġesù, il-veru Dawl tad-Dinja, tistgħu tnisslu ftit dawl fil-ħajja tal-ħbieb, membri tal-familja, kollegi, u saħansitra stranġieri!
24 Jum ta’ Tjubija
Mill-1 ta’ Diċembru sa Lejliet il-Milied, oqogħdu attenti għal kif in-nies ta’ madwarkom ixxerjaw id-dawl tagħhom magħkom u ma’ oħrajn. Kull ġurnata, agħti importanza fuq l-għemejjel ċkejknin tagħhom ta’ tjubija fuq il-midja soċjali. Wieħed jittama li l-eżempji li tixxerjaw jistgħu jispiraw ħafna iktar nies biex jersqu lejn oħrajn bl-imħabba bħal ma għamel Ġesù. Kunu ċerti li tużaw il-hashtags li ġejjin fil-posts tagħkom: