Merħba
Dan il-Milied, ersaq aktar viċin ta’ Ġesù billi tara l-film qasir ġdid dwar it-twelid tiegħu. Aħseb dwar xi modi kif tista’ #IddawwaLidDinja u tittrasforma l-Milied fi staġun ta’ servizz. Ingħaqad magħna hekk kif nimxu wara l-eżempju tas-Salvatur billi nimministraw lil ħaddieħor, persuna wara persuna – kif għamel Hu.
Sib aktar modi kif #IddawwaLidDinja
Aħna nimxu wara r-regolamenti lokali dwar il-laqgħat relatati mal-pandemija tal-COVID 19.
Ingħaqad magħna fis-20 ta’ Diċembru għal servizz ta’ qima tal-Milied. Ejja ċċelebra, itlob, u rrifletti dwar il-vera tifsira tal-Milied. Sib knisja viċin tiegħek.
Ħalli l-imħabba u l-paċi jsaltnu ġewwa darek hekk kif inti taqra u titgħallem dwar it-twelid ta’ Ġesù Kristu flimkien ma’ żewġ missjunarji simpatiċi. Itlob żjara jew laqgħa onlajn.
Ikseb kopja tal-Ktieb ta’ Mormon b’xejn li titwassal għandek minn żewġ rappreżentanti li jaqsmu miegħek messaġġ tal-Milied li jispirak.
Ġesù għallem li Alla, Missierna fis-Smewwiet, jinsab hemm għalina meta aħna nduru lejh. Hekk kif aħna nibnu relazzjoni ma’ Alla, aħna nistgħu nibdew nużaw il-qawwa tiegħu biex tgħinna negħlbu l-isfidi tagħna. Inti tista’ tibda l-vjaġġ li tkun taf lil Alla billi titolbu, taqra l-kelma tiegħu, tmur il-knisja, u sservi lil ħaddieħor.