Kalendarju ta’ suġġerimenti għal servizz ta’ Dawlu d-Dinja
Nistgħu nagħmlu dan l-istaġun tal-Milied iktar ferrieħi billi nuru l-imħabba bl-istess mod kif għamel Ġesù waqt il-ministeru mortali tiegħu. Jekk m’intix ċert kif, tista’ tibda billi tagħti titwila lejn dawn is-suġġerimenti.
Biex tibdew tħarrġu l-muskoli tagħkom tat-tjubija - żommu għajnejkom miftuħin għal xi ħadd li għandu bżonn ftit għajnuna.
Azzjoni ċkejkna tista’ tagħmel differenza kbira. Araw kemm se jkun hemm nies li tagħtuhom tbissima llum.
Morru fuq mixja biex tilħqu tgawdu d-dawl naturali - u stiednu ħabib jew ħabiba magħkom.
Ġesù huwa l-aqwa eżempju ta’ dawk u mħabba. Araw l-istorja tat-twelid tiegħu hawn: DawluDDinja.org
Il-mużika tbiddel il-burdata. Nissel iktar dwal fid-dinja billi tixxerja kanzunetta ma’ xi ħadd.
Sibu mument biex tirriflettu fuq xi żmien li fih xi ħadd kien ta’ dawl għalikom. Ixxerjah magħna fuq il-midja soċjali b’ #DawluDDinja.
Il-kumplimenti jġegħluna nħossuna tajjeb - kemm dawk li nagħtu u kemm dawk li nirċievu. Uru l-apprezzament tagħkom billi tixxerjaw kumplimenti sinċiera.
It-tjubija tittieħed! Riċerka turi li dawk li jaraw it-tajjeb hemm iktar ċans li jagħmlu t-tajjeb. Agħmel lista ta’ 5 affarjiet tajbin li tista’ tara issa stess!
Qabel ma tiftħu fommkom illum, aħsbu kif tistgħu tużaw kliem iktar ġentili.
Kulħadd iħobb li jinstema’. Uru interess billi tistaqsu iżjed mistosqijiet fuq dak li jgħidulkom.
Ixxerja mal-ħbieb, ġirien u familja l-kunċert tal-Milied li deher onlajn illum. Aċċessawh hawn: DawluDDinja.org
Fuq min qed taħsbu llum? Sibu mod kif tistgħu ddawlu l-ħajja ta’ persuna.
X’jagħmel id-dawl ta’ ġo fikom jiddi iżjed? Iktbu lista ta’ 10 affarjiet, u agħżlu waħda biex tiffokaw fuqha llum.
“Kull darba li tinnota xi ħadd fil-bżonn u... tersaq lejh b’imħabba, id-dawl ta’ [Alla] jespandi u jikber.” —Il-Presbiteru Dieter F. Uchtdorf
Il-karitajiet huma l-aktar attivi f’dan iż-żmien tas-sena. X’tistgħu tagħmlu biex tissapportjaw karità lokali bil-ħin jew riżorsi oħrajn?
Kif tistgħu xxerdu d-dawl dan il-Milied? Ħudu 30 sekonda biex tirriflettu, imbagħad aqbdu u aġixxu!
“Il-Mulej id-dawl u s-salvazzjoni tiegħi; minn min għandi nibża’?” (Salm 27:1). Iksbu iktar dawl billi taqraw Salm 27.
Il-Ħadd lii ġej, ingħaqad magħna għal servizz tal-Milied iċċentrat fuq Kristu. Nistednuk sabiex tattendi l-Knisja magħna u flimkien inqimu ’l Alla. Tista’ anki tistieden ħabib jew ħabiba biex jingħaqdu miegħek.
Alla tana dinja sabiħa - anki f’nofx ix-xitwa. Ixxerja fuq il-midja soċjali kif tara l-ġmiel kullimkien madwarek issa stess.
Meta tkun ġeneruż, dik il-parti ta’ moħħok li tippremjak minnufih tixgħel bħallikieku int dak li rċevejt l-għemil u mhux li għamiltu. Agħti lil moħħok stimolu llum!
X’inhu l-avveniment tal-Milied l-iktar favorit tagħkom? Ma’ min tistgħu tixxerjaw dan biex idawlulhom il-ġuranta tagħhom?
Aħsbu f’dawk in-nies li jdawlu t-triq tagħkom: Kif tistgħu tesprimu l-apprezzament tagħkom għalihom illum?
Għandkom tradizzjoni tal-Milied? Stiednu lil xi ħadd niex jingħaqad magħkom jew joħloq waħda ġdida.
Hekk kif tiċċelebraw it-twelid ta' Ġesù, ftakru kliemu: “Jiena d-dawl tad-dinja. Min jiġi warajja ma jimxix fid-dlam, iżda jkollu d-dawl tal-ħajja” (Ġwanni 8:12).