Sib xi Knisja qrib tiegħek.
Illokalizza

Iċċelebraw il-Milied Flimkien

Iċċelebra l-hena tat-twelid ta’ Ġesù permezz ta’ servizz ta’ qima speċjali tal-Ħadd fix-xahar ta’ Diċembru. Huwa opportunità mill-aqwa biex tħoss il-paċi tal-istaġun tal-Milied, u huwa wkoll opportunità mill-aqwa biex tistieden ħbieb, ġirien, u tal-familja biex jingħaqdu miegħek għal siegħa ta’ ispirazzjoni.

Familja titkellem ma’ ħabib f’kappella

5 suġġerimenti biex ikollok esperjenza mill-aqwa fil-knisja

Nisa jsellmu lil xulxin il-knisja waqt li jitgħallmu dwar l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu
1. Introduċi ruħek

Membri tal-Knisja se jilqgħuk fil-kongregazzjoni u jgħinuk tħossok komdu. Tiddejjaqx tintroduċi lilek nnifsek ma’ oħrajn u tistaqsi lin-nies biex jgħinuk jekk ikollok xi mistoqsijiet. Kulħadd se jkun kuntent li int qiegħed hemm!

Raġel fil-knisja bilqiegħda filwaqt li jkanta għanijiet mal-kongregazzjoni.
2. Kun af x’għandek tistenna

Servizz tal-Milied jieħu normalment siegħa. Spiss ikun jinkludi għanjiet, talb, u priedki (msejħin “diskorsi”) li jingħataw mill-membri tal-kongregazzjoni. Matul is-servizz, membri tal-Knisja se jkollhom l-opportunità jiftakru f’Ġesù billi jieħdu s-sagrament.

Familja ħierġa mill-knisja flimkien wara li tgħallmet iktar dwar l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu
3. Ilbes bl-aħjar mod

Ħa tingħata akkoljenza tajba jekk tiġi liebes kif xieraq. Ħafna rġiel jilbsu ġlekk jew qmies u ingravata, filwaqt li n-nisa tipikament jilbsu libsa jew dublett, u t-tfal normalment jilbsu preżentabbli wkoll. It-tfal normalment jilbsu pulit, ukoll. Meta tilbes tajjeb ħa tidħol iktar f’attitudni reverenti u ħa tkun ippreparat biex titgħallem dwar Ġesù Kristu u t-tagħlim tiegħu.

Xi ħadd li jħaddan is-saċerdozju jipprepara s-sagrament għall-membri tal-kongragazzjoni tal-knisja.
4. Tgħallem dwar is-sagrament (simili għal komunjoni)

Kull ġimgħa, ħobż u ilma jitbierku u jiġu offruti lill-kongregazzjoni bħala tifkira simbolika tas-sagrifiċċju magħmul minn Ġesù Kristu. Madanakollu, il-parteċipazzjoni mhix obbligatorja. Jekk tippreferixxi ma teħux is-sagrament, tista’ tgħaddi t-trej lill-persuna ta’ ħdejk.

Nisa jkantaw flimkien f’kongregazzjoni ta’ membri tal-knisja
5. Tiddejjaqx tikkuntattjana

M’għandek bżonn qatt tagħmel RSVP għal xi servizz tal-knisja. Iżda jekk tħossok skomdu biex tattendi, tista’ tikkuntattja lill-kongregazzjoni minn qabel. Jistgħu jsibulek ħabib biex ipoġġi ħdejk u jaċċerta ruħu li int ħa tħossok komdu meta tiġi. Agħfas hawn biex issib informazzjoni ta’ kif tikkuntattja l-knisa fil-lokal tiegħek

Iżjed Modi kif Iddawlu d-Dinja